Lokali

Sewwieq ta’ mutur jindarab f’inċident tat-traffiku

Raġel mill-Ħamrun kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ fit-3 ta’ waranofsinhar fit-Triq tal-Barrani, iż-Żejtun hekk kif għal xi raġuni mhux magħrufa seħħ mpatt bejn il-mutur misjuq mill-vittma ta’ 60 sena u mutur ieħor misjuq minn raġel ta’ 31 sena minn Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-Ħamruniż l-isptar għal aktar kura.

Filwaqt li l-kundizzjoni tal-vittma għadha mhux magħrufa, karreġġjata minnhom, fid-direzzjoni ta’ Birżebbuġa ngħalqet għal xi ħin għat-traffiku.