Lokali

JAQA’ 7 SULARI: Ħaddiem Libjan imut f’sit ta’ kostruzzjoni f’Tas-Sliema

Żagħżugħ Libjan tilef ħajtu wara li waqa’ minn għoli ta’ 7 sulari f’sit ta’ kostruzzjoni f’Tas-Sliema.

L-inċident seħħ ftit qabel il-11am fiz-zona ta’ Qui Si Sana, fejn fi ftit ħin waslu l-Pulizija u tim mediku b’ambulanza. Issejħu wkoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ, filwaqt li infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Francesco Depasquale.

Net News hu nfurmat li l-Libjan għandu 26 sena, u kien joqgħod l-Imsida. Il-vittma kien èrtifikat mejjet fil-post.

Fil-każ x’aktarx tidħol ukoll l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol biex tħejji rapport dwar kif seħħ dan l-inċident fatali.

Il-post fejn seħħet it-traġedja