Lokali

Inċident ieħor f’sit ta’ kostruzzjoni

Fi Triq San Luqa f’San Pawl il-Baħar ċediet gallarija f’binja fejn bħalissa qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni. Dan bil-konsegwenza li ġiet fuq karozza.

L-inċident seħħ ftit qabel it-tmienja u fortunament ma kien hemm ħadd għaddej fit-triq fil-ħin li din waqgħet. Il-ħoss tant kien qawwi li r-residenti li joqogħdu fit-triq ħarġu barra biex jaraw x’ġara. Il-ġebel spiċċa f’nofs tat-triq, bil-karozzi ma jistgħux jgħaddu.

Il-Pulizija waslu fil-post ftit minuti wara fejn neħħew il-ġebel li kien hemm fit-triq.