Lokali

Ħadd ma jweġġa’ meta makkinarju tal-kostruzzjoni waqa’ bejn il-karozzi, f’nofs ta’ triq

Ħadd ma weġġa’ f’inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar u li seħħ dalgħodu fiż-Żejtun.

Għall-ħabta tal-10am, makkinarju tal-kostruzzjoni waqa’ f’nofs it-triq bejn għadd ta’ karozzi li dak il-ħin inqabdu fit-traffiku fi Triq Ħal Tarxien.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, għalkemm aktarx li l-karozzi involuti ġarrbu xi ħsarat.

It-triq kellha tinżamm magħluqa għal xi ħin sakemm wasal fil-post ‘high-up’ biex jiġbor il-makkinarju li waqa’.