Lokali

Ħsara f’xi residenzi wara li nar ħakem skip f’Pembroke

Skip mimlija żibel fi Triq il-Professur Walter Ganado l-Ħamis filgħaxija nqerdet wara li nħakmet minn nar.

Net News jinsab infurmat li fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ, għalkemm numru ta’ faċċati ta’ residenzi li kienet biswithom sofrew xi ħsarat.

Fil-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nar f’temp qasir.

Minkejja dan, numru ta’ residenti fuq il-midja soċjali lmentaw li post din l-iskip mhix f’din il-post, anke għall-fatt li din qed timtela’ b’kull tip ta’ skart.