Lokali

Residenza tinħakem minn nar f’Pembroke

Ritratt mill-arkivji

Numru ta’ uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll uffiċjali tal-Pulizija ssejħu fi Triq Monsinjur Alfred Mifsud hekk kif nar ħakem residenza.

Net News jinsab infurmat li l-inċident ġie rappurtat ftit wara d-21:00 u s’issa għad mhux magħruf jekk hemm persuni li kienu fuq ġewwa tar-residenza.

Dan kien it-tieni każ ta’ nar f’Pembroke f’inqas minn 24 siegħa wara li lbieraħ saret ħsara f’residenza wara li nar ħakem skip taż-żibel.

Ħsara f’xi residenzi wara li nar ħakem skip f’Pembroke