Lokali

AĠĠORNATA: Sewwieq ta’ mutur involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Dalgħodu għall-ħabta tat-7.50, seħħ inċident fi Triq Diċembru 13, il-Marsa, direzzjoni lejn il-Belt.

Mutur tat-tip Kawasaki, misjuq minn raġel ta’ 46 sena minn B’Kara kelllu impatt ma’ karozza Smart misjuqa minn raġel 43 sena minn Ħaż-Żabbar.

Fuq post issejħu l-Pulizija kif ukoll tim mediku li ħa lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Jidher li s-sewwieq sofra xi ksur iżda ma ġarrabx ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.