Lokali Unjoni Ewropea

Laqgħa tal-‘core group’ tal-Meusac

Għad hawn ċittadini li għadhom ma jagħmlux distinzjoni bejn l-affarijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni Ewropea, u dawk li le.

Qal dan il-kap tal-MEUSAC – Vanni Xuereb fil-laqgħa li ssir darbtejn fis-sena għall-core group u li matulha jingħata rendikont tad-diskussjonijiet li jkunu għamlu ma’ gruppi u assoċċjazzjonijiet diversi.

Vanni Xuereb qal li din is-sena kien hemm taħlita tajba ta’ nies li kkontribbwixxew fid-diskussjonijiet…inkluż
il-bdiewa li tkellmu dwar is-sitwazzjoni partikolari tagħhom u li esprimew il-fatt li għas-settur tal-biedja, b’differenza għal setturi oħra, is-sħubija fl-Unjoni Ewropea ma kienux qed igawdu minnha daqs setturi oħra.

Minn dan l-eżerċizzju ta’ konsltazzjoni ħareġ li setturi differenti għandhom ideat differenti u li hemm bżonn li jsir iktar sforz sabiex iċ-ċittadini jkollhom rwol iktar attiv dwar materiji li jmissu l-ħajja tagħhom.

Ħafna mis-setturi semmew in-nuqqasijiet f’dik li hi komunikazzjoni, fejn anke nies speċjalisti fil-qasam isibuha diffiċli biex jifhmu l-lingwaġġ li jintuża fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Il-kap tal-MEUSAC qal li s-sistema ta’ one size fits all li titħaddem fi ħdan l-Unjoni kultant tiżvantaġġa pajjiżi żgħar bħal Malta.

Tul il-laqgħa saru wkoll diskorsi mill-Ministru Helena Dalli u mill-Prim Ministru, b’Muscat jghid li ma rridux ninfaxxaw rasna qabel naqmuha f’dak li għandu x’jaqsam mal-fondi li tista’ tieħu Malta għas-snin li ġejjin.

Tags