Lokali

George HW Bush jibqa’ mfakkar ukoll għas-summit straordinarju f’Malta

L-isem ta’ George HW Bush iqanqal tifkiriet partikulari għall-Maltin hekk kif kien ġie Malta, lejn l-aħħar tal-1989.

Flimkien mal-eks President tal-eks-Unjoni Sovjetika, Mikhail Gorbachev hu ħa sehem fis-summit għall-paċi storiku magħruf ukoll bħala ‘The Malta Summit’.

Il-mewt ta’ Bush waslet eżattament 29 sena wara li sar dan is-summit storiku. Kien bħal-lum li bdew jaslu l-mrxxejja biex is-summit seħħ bejn it-2 u 3 ta’ Diċembru tal-1989. L-avveniment kien segwa l-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin li kien l-akbar simbolu tal-komuniżmu fl-Ewropa.

Net News ltaqa’ mal-eks ministru Tonio Borg kif ukoll ma Mario Schiavone , li spjegawlna li r-raġuni għalfejn intagħżlet Malta għal dan is-summit kienet li dik is-sena stess kien hawn ħu George HW Bush hawn Malta minħabba li nzerta l-anniversarju tal-25 Sena mill-Indipendenza u tant baqa’ impressjonat li meta mar lura l-Amerika qal lil huh sabiex is-summit jsir ġewwa Malta.

Is-summit ta’ Malta serva bħala xprun għall-ħidma ta’ Bush u Gorbachev lejn il-paċi u sal-punt fejn huma kienu ddikjaraw it-tmiem għall-Gwerra Bierda.