Lokali

L-infermier Anthony Borg jerbaħ il-Premju Ħaddiema tas-Sena 2018

Anthony Borg, infermier li jmexxi sala fir-residenza San Vinċenz de Paul, huwa r-rebbieħ ewlieni tal-Premju Ħaddiema tas-Sena 2018.

B’kollox kien hemm 36 nominazzjoni maqsuma f’sitt kategoriji li jippremjaw;

Il-Ħaddiem Mudell tas-Sena – Anthony Borg;
It-Team tas-Sena – Dar Niki Cassar (YMCA);
Il-Manager tas-Sena – Dominique Desira;
L-Employer tas-Sena – Joseph Galea;
L-iktar kumpanija li toffri Miżuri Favur il-Familja – Erremme Business Advisors;
L-iktar kumpanija li tippromwovi l-Ugwaljanza – Vodafone Malta Ltd.

Ir-rebbieħa ntgħażlu minn bord indipendenti mmexxi mill-Avukat Anna Mallia, flimkien mal-Inġinier Helga Pizzuto u l-Professur Anthony Serracino Inglott.