Raġel ta’ 36 sena miż-Żejtun qed isofri ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10.30 ta’ filgħaxija waqa bil-mutur fi Triq Selmun, fil-Mellieħa. Fi stqarrija l-pulizija qalu li s-sewwieq tal-mutur tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u minħabba dan huwa waqa’ minn fuq il-mutur tiegħu tat-tip Ducati Monster.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-isptar Mater Dei għall-aktar kura. Hemm ġie ċertifikat li qed isofri minn grieħi gravi.
Il-pulizija qed tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha.
//= $special ?>