Lokali

Taljan ferut wara li waqa’ sular fiż-Żurrieq

Kmieni dalgħodu fi Triq it-Torri ż-Żurrieq seħħ inċident fejn jidher illi ħaddiem barrani waqa’ minn għoli ta’ madwar sular waqt li kien qiegħed iħott xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.

Il-każ seħħ ftit wara d-9am, bil-vittma ttieħed b’ambulanza.

Iz-zona fejn seħħ l-inċident tinsab fl-akwati ta’ Bubaqra.

Net News hu nfurmat illi l-ħaddiem hu Taljan li jgħix Marsaskala. Hu għandu 53 sena.

Il-Pulizija qed tinvestiga.