F’inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-8.30, fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta, sewwieq ta’ mutur ta’ 29 sena minn Birkirkara ma sofra ebda ġrieħi wara li tajritu karozza u baqgħet sejra.
Minn informazzjoi li waslitilna jidher li s-sewwieq kien fuq xogħolu qed iwassal pizza għand klijent.
Għalkemm is-sewwieq ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar osservazzjoni, jidher li ma sofra ebda ġrieħi.
//= $special ?>