Raġel t’għoxrin sena mill-Ħamrun dalgħodu għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur Kymco Agility 125li kien qed isuq u laqat raġel ta’ 49 sena minn Tas-Sliema. L-inċident seħħ fi Triq l-Assedju, l-Furjana.
Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 49 sena l-isptar Mater Dei fejn instab li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>