Lokali

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar fil-limiti ta’ Ħaż-Żabbar

Ritratt mill-arkivji

Anzjan ta’ 79 sena sofra xi ġrieħi ta’ natura serja u jinsab fil-periklu tal-mewt wara li dalgħodu ntlaqat minn vettura fil-limiti ta’ Ħaż-Żabbar. Il-vettura kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 41 li huwa minn Sierra Leone li joqgħod Wied il-Għajn.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq Villabate, li twassal minn Ħaż-Żabbar lejn Wied il-Għajn.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn hemm ġie ċertifikat li qed isofri ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.