Edukazzjoni Lokali

Il-UPE mhux se tittollera diskriminazzjoni bejn l-għalliema

Il-UPE Voice of the Workers fi stqarrija qalet li l-Kulleġġ Stella Maris qed jikser il-ftehim tal-Iskejjel tal-Knisja. Dan hekk kif l-għalliema f’din l-iskola qed ikunu mitluba jagħtu sigħat aktar minn dak maqbul skont il-ftehim.

Il-UPE għandha wkoll email illi juri kif il-Kulleġġ qed jitlob lill-għalliema biex jidħlu bħala replacement b’mod volontarju.

Fid-dawl ta’ dan, il-UPE appellat lill-membri tagħha biex ma jidħlux bħala replacement meta jiġu avviċinati.

Il-union qed tinsisti li mhux se tittollera diskriminazzjoni bejn l-għalliema.