Lokali

Tfajla ssofri grieħi gravi wara inċident bil-mutur

Tfajla ta’ 19-il sena qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident meta kienet riekba fuq mutur fil-Mellieħa l-lejl li għadda. L-inċident seħħ fi Triq il-Marfa fid-9.15pm ilbieraħ.

It-tfajla li toqgħod Ta’ Xbiex kienet riekba fuq mutur ma’ ġuvni ta’ 20 sena minn Tas-Sliema, fejn jidher li għal xi raġuni huwa tilef il-kontroll tal-mutur, laqat tarf il-bankina u mal-impatt kemm is-sewwieq u kif ukoll it-tfajla spiċċaw biex waqgħu.

Iż-żgħażagħ ittieħdu l-isptar fejn t-tfajla qed tinżamm għall-aktar kura għax ġarbet ġrieħi gravi, filwaqt li ż-żagħżugħ ma sofra l-ebda ġrieħi.

Il-pulizija għadha qed tinvestiga dan l-inċident.