Lokali

AĠĠORNATA: Tifel ta’ 11-il sena jittajjar f’Pembroke

Il-Pulizija kkonfermat li tifel ittajjar minn vettura f’inċident li seħħ għall-ħabta tal-4pm fi Triq il-Professur Walter Ganado, f’Pembroke.

Net News jinsab infurmat li l-vittma għandu 11-il sena li ttajjar fuq it-traffic lights biswit is-sit li kien jintuża bħala l-Istitut tal-Istudji Turistiċi. Mhux magħruf madankollu jekk kienx qed jaqsam b’mod regolari, u se tkun l-investigazzjoni li tistabbilixxi dan.

Il-vettura li tajjret lit-tifel kienet misjuqa minn raġel ta’ 64 sena mill-Gżira.

It-tifel ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn qed jinżamm taħt osservazzjoni minħabba li sofra feriti serji.

Dwar il-każ qed issir inkjesta mill-Maġistrat Doreen Clarke.