Lokali Parlament

Id-deputati kollha għandhom jappoġġjaw inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

– Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li ma jisatx ikun li fil-parlament ikun hemm deputati li ma jridux li tkun magħrufa l-verità dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u għalhekk id-deputati kollha, inkluż tal-Gvern għandhom jappoġġjaw li titwaqqaf inkjesta mill-parlament.

Fil-parlament Karol Aquilina qal li l-gvern għandu l-obbligu li jagħmel inkjesta pubblika biex ikun stabbilit jekk il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia setax ikun evitat. Il-familja Caruana Galzia ħadet iul-apri legali dwar l-obbligi tal-Istat biex jipproteġi l-ħajja u biex jiżgura l-ħajja. L-Oppożizzjoni ppreżentat din il-pożizzjoni tal-familja Caruana Galizia u għalhekk din il-mozzjoni hi esklussivament iffukata fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galziia.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PN jikkundanna l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u kompla li l-Oppożizzjoni trid tagħmel xi ħaġa iżda l-Gvern ma jrid jagħmel xejn. Il-Gvern ma jridx inkjesta pubblika. L-Oppożizzjoni tinsisti li jun hemm ir-riżenja tal-Avuat Ġenerali. Il-Parlament irid jagħti ordni lill-Prim Ministru biex jordna inkjesta. Il-Ministru tal-Ġustizzja mhux jifhem li l-Istat għandu obbligu li jinvestiga l-qtil ta’ persuna.

KArol Aquilina qal li l-poplu hu għatxan biex ikun jaf x’inhum ċ-ċirkostanzi li l-Istat ħalla jseħħu biex seħħ il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Gvern għandu responsabbiltà ikbar mill-investigazzjoni kriminali u jista’ juża l-att dwar l-inkjesti.

L-inkjesta trid tistabilixxi jekk l-awtoritajiet kinux konxji mir-riski għall-ħajja ta’ Caruana Galizia, jekk il-miżuri meħuda kinux adegwati, x’miżuri jridu jittieħdu biex qtil simili ma jseħħx, l-inkjesta għandha tkun magħmula min-nies ta’ integrità b’deċiżjoni tal-Prim Ministru, il-persuni jsiru b’żewġ terzi tal-parlament, li l-bord ta’ inkjesta jkollu aċċess għal kollox, jkun hemm terminu għall-inkjesta ta’ sitt xhur, li r-rapport ma jingħatx lill-gvern iżda lill-parlament u li dan ikun pubblikat minnufih.

Għandu jkun il-poplu kollu li jifhem l-inkjesta biex wara jkun hemm id-dibattitu pubbliku biex isiru l-bidliet li hemm bżonn. Ma jistax ikun li fil-parlament ikun hemm deputati li ma jridux li tkun magħrufa l-verità u għalhekk id-deputati kollha, inkluż tal-Gvern għandhom jappoġġjaw din l-inkjesta.