Lokali

Tliet vetturi jingħataw in-nar fi tliet postijiet differenti

Matul il-lejl li għadda ġew rappurtati tliet inċidenti separati fejn tliet karozzi allegatament ingħataw in-nar; waħda fil-Belt, oħra fil-Ħamrun u oħra fl-Imsida.

Jidher illi l-ewwel każ seħħ fis-2:05am fi Triq Marsamxett fil-Belt. Kawża tan-nirien inħarqet ukoll vettura oħra fil-viċinanzi.

It-tieni każ seħħ fl-3:40am fi Triq Ċensu Farrugia fl-Imsida fejn trakk ħa n-nar. Ġiet affettwata wkoll faċċata ta’ residenza kawża ta’ dawn in-nirien.

L-aħħar każ irrappurtat il-lejl li għadda seħħ propju fl-4:20am fi Triq Mountbatten fil-Ħamrun.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każi kollha, u l-possibilta’ li kienu marbuta ma’ xulxin.

Net News hu nfurmat li ħadd ma weġġa’ f’dawn in-nirien.