Lokali Qorti

Libjan liberat mill-akkuża ta’ attentat ta’ qtil

Illum fil-Qorti, raġel Libjan ġie liberta mill-akkużat b’attentat ta’ qtil f’każ li seħħ sentejn ilu meta kien hemm ġlieda vjolenti bejn irġiel Libjani f’appartament fis-Swieqi.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli, ikkonkludiet li Zouhir Elfezqa kien qed jiddefendi ruħu meta kien kważi qatel lil Wadea Al Maghrbi, u darab gravi lil Mohamed Hafed Al-Arara.

Dan wara li ġie stabbilit li ż-żewġ vittmi kienu daħlu l-appartament tal-akkużat fejn żviluppat il-ġlieda bejn il-Libjani. Kollox jindika li l-kwistjoni kienet marbuta mas-sitwazzjoni instabbli fil-Libja.

L-avukat Arthur Azzopardi deher għal Elfezqa.

L-ispetturi James Grech u Elton Taliana mexxew il-prosekuzzjoni.