Lokali

Passiġġier ta’ 21 sena jsofri minn ġrieħi gravi

Ilbieraħ. għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħaxija, ġuvni ta’ 21 sena sofra minn ġrieħi gravi.

Dan wara li raġel ta’ 46 sena baqa’ dieħel ġo siġra. Flimkien miegħu kien hemm żewġ ġuvintur, wieħed ta’ 21 sena u ieħor ta’ 25 sena, it-tnejn residenti Marsaskala.

L-inċident seħħ fi Triq Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar. Jidher li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu tat-tip BMW, dan bil-konsegwenza li kellu impatt ma’siġra.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ ġuvintur l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Iktar tard, il-ġuvni ta’ 21 sena ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li l-ġuvni l-ieħor ma sofra ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.