Lokali

Serqa minn ħanut f’Birkirkara

Arkivji

Ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja u għaxra ta’ filgħaxija, raġel wiċċu mgħammad u allegatament armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, daħal ġo ħanut u seraq flus kontanti mill-cash register. Is-serqa seħħet fi Triq Ġuże` Orlando, Birkirkara.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post permezz ta’ vettura.

Fl-imsemmi ħanut fil-ħin tas-serqa, kien hemm impjegat ta’ 19-il sena u żewġ nisa ta’ 24 sena u 34 sena rispettivament. Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Żammit li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.