Lokali

Tliet persuni l-isptar wara inċident f’Raħal Ġdid

Tard il-Ħadd filgħaxija, għall-ħabta tal-10.15pm, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Dom Mintoff, f’Raħal il-Ġdid, bejn karozza tat-tip Toyota u oħra tat-tip Peugeot.

L-impatt kien wieħed qawwi tant li karozza minnhom spiċċat fuq in-naħa l-oħra tat-triq, biswit l-MCAST, u l-magna tal-karozza l-oħra nqalgħet minn postha. Fuq il-post issejjħu 2 ambulanzi li ħadu tliet persuni l-isptar Mater Dei, iżda l-kundizzjoni tagħhom mhix magħrufa. It-triq inżammet magħluqa miż-2 naħat għall-ħinijiet twal.

L-investigazzjoni tal-Pulizija mill-Għassa ta’ Raħal il-Ġdid għadhom għaddejjin.