Lokali

Rekord ta’ €1,544,965 miġbura f’sena waqt il-maratoni organizzati mill-Partit Nazzjonalista

Fil-Maratona tal-Ħadd inġabru €670,632 li huwa rekord għall-maratoni li saru f’Diċembru.

Matul din is-sena saru b’kollox erba’ maratoni. Fl-ewwel maratona, dik ta’ Marzu inġabru €365,482; f’Ġunju inġabru €272,758 filwaqt li f’Settembru li għadda nġabru €236,093. B’hekk it-total miġbur din is-sena jammonta għal €1,544,965.

Tul il-Maratona li xxandret b’mod dirett fuq NET TV, NET FM u anke Facebook Live, kienu ħafna l-interventi minn naħa tad-diriġenti tal-Partit Nazzjonalista, deputati, kandidati kemm għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kif ukoll għall-Kunsilli Lokali li kollha appellaw li din hija maratona importanti mhux biss għal Partit Nazzjonalista imma ukoll għall-pajjiż kollu, fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Il-pubbliku preżenti kif ukoll dawk li kienu qed isegwu mid-dar assistew għal spettaklu bl-aqwa talent lokali, filwaqt li tqassmu ukoll ħafna premijiet bħala ringrazzjament lil dawk li taw donazzjoni.