Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

Roberta Metsola tilqa’ l-fond ġdid ta’ €2 biljun biex jipproteġi s-saltna tad-dritt

Wara negozjati twal, l-MEPs ivvotaw biex jaċċettaw fond ġdid ta’ €1.83 biljun li jipproteġi s-saltna tad-dritt u jipproteġi d-demokrazija fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Il-Membru tal-Parlament Ewropew għal Malta u Għawdex Roberta Metsola, li mexxiet il-Grupp tal-PPE fil-Kumitat waqt il-vot, laqgħet il-fond il-ġdid u qalet li l-garanzija tal-fondi hi kruċjali għall-protezzjoni tad-demokrazija kullimkien fl-UE.

“Din hi aħbar eċċellenti għas-soċjetà ċivili u l-NGOs f’Malta, Għawdex, u l-kumplament tal-UE, li aħna rridu jkunu jistgħu jkunu eliġibbli għal dawn il-fondi bil-għan li jżidu l-għarfien dwar il-fundamentali tad-demokrazija u jsaħħu s-saltna tad-dritt fl-Istati Membri. Kull demokrazija għandha bżonn soċjetà ċivili b’saħħitha u dawn il-fondi żgur li se jgħinu,” qalet l-MEP Metsola.

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili approva l-fond ta’ €1.834 għall-Programm tad-Drittijiet u l-Valuri għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027, ferm aktar mill-€642 miljun proposti mill-Kummissjoni Ewropea.

“L-ammont oriġinali propost mill-Kummissjoni kien bidu tajjeb, imma l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-istati tal-UE huma ġustifikati għall-fatt li aħna triplajna l-baġit. Irridu npoġġu l-flus għall-isfidi li rridu nindirizzaw. Dan il-fond ifisser li l-valuri li jiffurmaw il-bażi tal-Unjoni Ewropea ma jkunux biss ideali li nitkellmu dwarhom imma li jkunu protetti verament,” qalet l-MEP Metsola.

L-MEPs pproponew li jużaw il-fondi għall-kampanji ta’ għarfien fuq il-valuri Ewropej u d-drittijiet u l-obbligi taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, inizjattivi li jirriflettu l-kawżi tar-reġimi totalitarji u li jikkomemoraw il-vittmi, proġetti bejn irħula u bliet differenti, appoġġ lil dawk li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-whistleblowers, miżuri li jindirizzaw id-diskors ta’ mibegħda u l-informazzjoni qarrieqa, kif ukoll il-protezzjoni tal-vittmi tal-vjolenza.