Lokali

Żagħżugħ ta’ 20 sena fil-periklu tal-mewt

Żagħżugħ ta’ 20 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li safa milqut minn vettura fi Triq Dun Karm f’Birkirkara.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-1.30. Minn stħarriġ preliminari li sar rriżulta li żewġt irġiel, wieħed ta’ 20 sena residenti l-Fgura u ieħor ta’ 28 sena minn San Ġwann, ġew milquta minn vettura tat-tip Peugeout 2008 li kienet misjuqa minn raġel ta’ 28 sena mill-Imqabba.

Fuq post issejħu l-Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet liż-żewġ irġiel l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-ġuvni ta’ 28 sena qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Farrugia li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċidnet għadhom għaddejjin.