Lokali

“Persuni li kibritilhom rashom” fil-Partit Laburista

L-eks Assistent Segretarju Ġenerali tal-GWU jinfexx fuq Facebook

L-eks Uffiċjal tal-GWU Gejtu Mercieca uża Facebook biex ħadha qatta’ bla ħabel kontra l-Partit Laburista u dawk li irrefera għalihom bħala “nies li kibritilhom rashom għax jaħsbu li ħadd ma jista’ għalihom”.

Gejtu Mercieca kien qed jirreagixxi għal kumment li tpoġġa’ fuq Facebook mill-konsulent tal-Gvern Neville Gafa illi fl-aħħar jiem inkixfu dettalji ġodda dwaru dwar il-mod kif allegatament prova jixtri persuni Libjani biex ma jipproċedux kontrih. Dan b’rabta mal-każ tal-Visas Mediċi.

L-eks Assistent Segretarju tal-GWU jgħid illi l-agħar hu meta “id-daqqiet jiġu minn ta’ ġewwa”, mingħajr ma semma’ ismijiet. Għlakemm imbgħad jikteb li “wieħed minnhom qed jippretendi li jkun il-mexxej tiegħi”.

“Jien u l-familja qlajna daqqiet minngħand persuni li kibritilhom rashom għax jaħsbu li ħadd ma jista’ għalihom. Wieħed minnhom qed jippretendi li jkun il-mexxej tiegħi għada. M’għandux ċans”, sostna Gejtu Mercieca.