Tfajla ssofri grieħi gravi wara li tittajjar f’Birkirkara
Taljana ta’ 22 sena dalgħodu sofriet xi ġrieħi gravi wara li sfat imtajra f’Birkirkara. L-inċident seħħ fi Triq Dun Karm għall-ħabta tad-9.00am. It-tfajla li tgħix l-Iklin intlaqtet minn vettura li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 21 minn Birkirkara. Fuq il-post marru l-Pulizija, kif ukoll ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar … Continue reading Tfajla ssofri grieħi gravi wara li tittajjar f’Birkirkara