Lokali

AĠĠORNATA: Qabda kbira ta’ droga f’kontejner

Il-Pulizija imsejjħa wara ħidma li saret mid-Dwana

Il-Pulizija ġew imsejjħa fil-Port Ħieles fuq dik li qed titqies bħala waħda mill-akbar qabdiet ta’ ħaxixa li saru fl-aħħar xhur. Dan hekk kif uffiċjali tad-Dwana waqqfu kontejner li fih kien hemm ammont sostanzjali ta’ droga.

Il-każ żviluppa illum wara nofsinhar, għalkemm l-iscanning tad-Dwana kien ilu għaddej mid-9:30am.

Net News hu nfurmat li l-kontejner kien mimli rombli tad-drapp, u li kien propju fin-nofs ta’ dawn ir-rombli li instabet id-droga ippakjata. Fuq kull pallet kien hemm bejn 9 u 12-il romblu.

Il-kontejner kien destinat għal indirizz f’Malta, għalkemm is-sorsi tagħna qalulna li aktar tard inbidel l-indirizz.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.