Appell għal għoti ta’ kutri u anki ħweġġej mill-SOS Malta għal immigranti f’pajjiżna …dan hekk kif it-temperatura f’pajjiżna f’dawn il-ġranet niżlet sew – xi ħaġa li qed taffetwa mhux ftit lill-immigranti.
Fl-aħħar jiem daħlu Malta mal-200 immigrant iehor, b’rapporti li l-awtoritajiet qed isibuha diffiċli jsibu spazju fejn iżommuhom. Ritianne Ellul, li kelmitna f’isem l-SOS Malta qaltilna li dan l-appell qiegħed isir hekk ukoll bi preparazzjoni għal aktar immigranti li jafu jidħlu f’pajjiżna fil-jiem li ġejjin.
Intant fi żmien il-festi l-SOS Malta tennew l-appelli tagħhom għal ħtieġa ta’ aktar ħwejjeġ fosthom anki żraben u flip-flops.
//= $special ?>