Internazzjonali

DANIMARKA: Sitta jmutu f’inċident bil-ferrovija

L-inċident seħħ fuq pont li jgħaqqad żewġ gżejjer

Il-pont fid-Danimarka li jgħaqqad il-gżejjer Zealand u Funen spiċċa inbidel f’xena tal-biża’ kmieni dalgħodu wara inċident ikrah li fih ferrovija ħarġet minn fuq il-linji wara li waqgħu xi oġġetti minn ferrovija tal-merkanzija.

L-ewwel rapporti jindikaw li aktar minn sitt persuni mietu f’dan l-inċident li seħħ fuq dak li hu magħruf bħala l-Great Belt Bridge.

Jidher li s-servizzi ta’ emerġenza sabuha diffiċli biex jaslu saz-zona tat-traġedja.

F’waħda mill-ferroviji kien hemm aktar minn 130 persuna abbord, filwaqt li l-ferrovija l-oħra kienet qed iġġorr merkanzija. Il-ferrovija tal-passiġġieri kienet sejra fid-direzzjoni ta’ Copenhagen.

Ir-rotta tal-ferrovija ingħalqet kompletament, filwaqt li ingħalaq ukoll l-aċċess għall-karozzi li jasmu dan il-pont ta’ kuljum b’mod regolari.