Lokali Qorti

George u Alfred Degiorgio b’talba oħra għall-ħelsien mill-arrest

L-aħwa George u Alfred Degiorgio, tnejn mill-akkużati bil-qtil makabru tal-Ġurnalista Daphne Caruana Galizia, għamlu talba ġdida għall-ħelsien mill-arrest. Dan hekk kif qed jitolbu lill-Qorti Kostituzzjonali li l-fatt li baqgħu ma jingħatawx il-ħelsien mill-arret jissarraf fil-ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom.

L-aħwa Degiorgio, li flimkien ma’ Vince Muscat qed ikunu akkużati bil-qtil tal-Ġurnalista b’karozza-bomba fil-Bidnija, kellhom id-diversi talbiet tagħhom għal-libertà proviżjorja miċħuda.

Min-naħa l-oħra, u flimkien mas-sieħba ta’ George, f’Ġunju li għadda, l-aħwa kienu ngħtaw il-libertà proviżorja f’każ separat dwar il-ħasil tal-flus. Madankollu, din il-libertà kienet irtirata mill-Qorti Kriminali wara talba mill-Avukat Ġenerali.

Dan wassal biex l-Avukat William Cuschieri, f’isem iż-żewġ akkużati, reġa’ ppreżenta talba oħra, hekk kif tenna li dan hu ksur tad-drittijiet tagħhom.