Jinbqa’ ma jinstabx Abdulsalam Ben Hamed, il-Libjan ta’ 45 sena li lbieraħ ħarab mill-Għassa ta’ Ħal Qormi waqt li kien immanettjar.
Tfittxija intensiva minn Pulizija minn diversi uffiċjali tal-Korp, kemm dawk tad-Distrett u mir-Rapid Intervention Unit, wara li l-barrani li kien taħt arrest ħarab.
Abdulsalam Ben Hamed, li għandu 45 sena, kien immanettjat fl-għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Qormi biex jassisti f’investigazzjonijiet li għaddejjin.
Iżda b’xi mod, dan irnexxielu jiżgiċċa lill-Pulizija u ħareġ mill-għassa fejn sparixxa.
Immedjatament bdiet tfittxija fit-toroq ta’ Ħal Qormi, liema tfittxija saħansitra nfirxet għal Wied Qerda hekk kif kien hemm rapporti li r-raġel seta’ mar lejn dawn l-inħawi.
Hu kien liebes ġakketta sewda bl-aħmar u qalziet iswed u qed isir appell biex min għandu xi informazzjoni jew jilmaħ lil dan ir-raġel jikkuntattja lill-Pulizija fuq in-numri 21224001 jew 119.
//= $special ?>