L-eqreb post sigur sabiex is-Sea Watch jagħmel il-waqfa tiegħu kien dak ta’ Lampedusa fl-Italja – dan gie kkonfermat waqt konferenza li ġiet organizzata mis-Sea Watch il-Ħadd Filgħaxija.
Hija sitwazzjoni ta’ emerġenza fuq is-Sea Watch 3 hekk kif issa, numru ta’ immigranti li jinsabu abbord, ma jridux jieklu u jixorbu u saħansitra qed jiġu effetwati psikoloġikament minħabba li issa ilhom minn qabel il-Milied maqbuda abbord l-istess Sea Watch 3 li bħalissa jinsab fl-ibħra territorjali Maltin. Din il-kwistjoni qamet wara li l-Italja għalqet il-portijiet tagħha minkejja li kienet bl-aktar port sigur viċin, il-portijiet tat-Tuneżija u l-Libja jinsabu magħluqa wkoll.
Waqt il-konferenza, sar ukoll kollegament telefoniku mal-istess bastient fejn Kim Heathon qalet li r-riżorsi bħall-ikel qed jibdew jonqsu, it-tfal abbord il-bastiment m’għandhomx idea ta’ x’qed jiġri, u li hemm persuni abbord li qed jaqgħu f’dehydration. Is-Sea Watch ċertament mhux ser jerġa lura lejn il-Libja.
Ir-rapreżentanti ta’ Sea Watch appellaw lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tinstab soluzzjoni u dawn l-immigranti jidħlu f’port sigur.
//= $special ?>