Lokali

FILMAT- “Il-Ministru Konrad Mizzi qed ikompli jarmi l-assi ta’ pajjiżna” – Adrian Delia

Il-Ministru Konrad Mizzi qed jibqa’ jarmi l-assi ta’ pajjiżna dan hu aġir ta’ Ministru jew injorant jew korrott. Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia  waqt il-programm Iswed fuq l-Abjad. Hu kien qed jirreferi għad-deal tal-art fil-Bajja ta’ San Ġorġ fejn art li tiswa’ biljun se tingħata għal 51 miljun

Mistoqsi mill-avukat Frank Psaila dwar il-faqar, Adrian Delia qal li ma tistax toffri soluzzjoni qabel ma’ tagħraf il-problema u l-problema hi l-mudell ekonomiku tal-Gvern

Fl-isfond tas-saga tal-bastiment Sea Watch 3, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem b’mod ġenerali dwar l-immigrazzjoni. Hu sostna li l-Gvern ma jistax ikompli jgħabbi l-popolazzjoni b’iktar nies; għandha tkun dejjem tiġi rispettata l-liġi internazzjonali tal-baħar. Iżda fuq kollox il-prijorita’ tibqa’ li jkunu salvati l-ħajjiet

Kompla li dak li hu ddeskriva bħala l-iktar perijodu mqalleb fil-ħajja tiegħu kompla jsaħħaħ id-determinazzjoni tiegħu li jkompli jaħdem. Adrian Delia irringrazzja lil kulmin tah l-appoġġ f’dawn il-mumenti. Mistoqsi dwar jekk il-kwistjonijiet tal-ħajja privata tiegħu humiex qed itellfu mill-qadi ta’ dmirijietu, il-Kap tal-PN lil min jaħseb hekk biex isemmu liema appuntament ma żammx, liema tema ma’ ddiskutiex b’mod pubbliku, iffukat u ppreparat jew liema attivita’ falla.

Tenna li kull darba li jkun hemm xi ċaqliq fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika li jkun favorevoli għall-Partit Nazzjonalista jew għalih, dejjem tinbet xi ħaġa f’tentattiv biex il-ħidma tiegħu tiġi mfixkla.

Hu temm li l-2019 se tkun sena li se tiddefinixxi lill-PN li dejjem issaħħaħ meta kellu l-elementi kollha kontrih