Internazzjonali

Franza: Ifeġġ sottomarin tal-Ewwel Gwerra ‘il hinn mill-kosta

Il-fdalijiet ta’ sottomarin Ġermaniż tal-Ewwel Gwerra Dinjija qegħdin ifeġġu f’bajja lejn it-Tramuntana ta’ Franza u wara li s-sottomarin kien ilu mirdum taħt ir-ramel għal għexieren ta’ snin.

Id-dehra tal-UC-61 – ‘il hinn minn Wissant, qrib ta’ Calais – sar possibbli minħabba l-kurrenti tal-baħar, bil-partijiet tas-sottomarin, issa, qed jixirfu mir-ramel wara li kien ilu hemmhekk minn Lulju tal-1917,

L-ekwipaġġ tas-sottomarin kien għarraq u abbanduna l-UC-61 fiz-zona partikulari u dan l-inġenju tal-baġar, sas-snin tletin, kien spiċċa mgħarraq kważi għal kollox bi ftit indikazzjonijiet tas-sit,

Intant, is-sit tas-sottomarin issa qed jinbidel f’attrazzjoni turistika anki jekk is-sindku lokali wissa li ‘ix-xenarju kapaċi jinbidel minn ħin għall-ieħor’.

Żewġ sezzjonijiet tal-UC-61 ilhom għal dawn il-ġimgħat viżibbli f’baħar baxx, ‘il hinn mix-xatt u s-Sindku ta’ Wissant, Bernard Bracq, qal li ‘dawn il-fdalijiet ifeġġu mill-baħar f’kull sentejn jew tlieta u skont il-kurrenti’. Dan meta r-riħ qiegħed imexxi r-ramel fost il-possibbiltà kbira li jqumu l-irwiefen f’dik iz-zona u jgħarrqu mill-ġdid il-fdalijiet tal-UC-61.