Lokali

Il-maġġoranza taqbel li l-monti jibda’ jżarma qabel it-3pm

Jivvutaw 24.1% tar-residenti eliġibbli

Ir-residenti ta’ Marsaxlokk ivvutaw biex il-Monti jibda jiżżarma qabel it-3 ta’ waranofsinhar, b’684 residenti minn 771 li vvutaw, jivvutaw ‘iva’, li jaqblu ma’ dan. Ir-residenti eliġibbli li jivvutaw kien ileħħaq 3204, dawk li ma qablux kienu 76 u 11-il vot kienu invalidi.

F’kumment tas-Sindku tal-Lokal, Horace Gauci qal li issa l-Kunsill Lokali, it-Tlieta li ġej se jressaq din l-interpretazzjoni għad-diskussjoni, bid-deċizjoni finali tiġi mibgħuta biex din id-deċizjoni tiġi evelwata biex tibda fil-prattika. Fl-istess kumment huwa qal li l-Kunsill Xlukkajr stenna li jkun hemm aktar parteċipazzjoni għal dan il-vot.

Ix-Xlukkarji s-Sibt kienu msejħa biex jivvutaw f’elezzjoni li ddeċiedu jekk il-Monti ta’ Marsaxlokk jibdiex jiżżarma ftit qabel is-6.00pm kif fil-fatt jagħmel bħalissa, jew jibda jiżżarma fit-tlieta ta’ waranofsinar.

Fl-aħħar jiem fuq NetLive Raymond Tabone, mill-Assoccjazzjoni tal-Bejjiegha tal-Monti kien qal li dan ir-referendum kien sar bi ftit konsultazzjoni magħhom. Infatti l-Ħamis li għadda ġiet imsejħa laqgħa bejn il-Kunsill u din l-Assoċjazzjoni.