Futbol Sport

Brenda Borg tirbaħ il-Plejer tax-Xahar għal Diċembru u Jannar

Il-plejer ta’ Mġarr United Brenda Borg rebħet l-unuri tal-Plejer tax-Xahar għal Diċembru 2018 u Jannar 2019. Borg li hi plejer tat-tim nazzjonali wkoll, skorjat 122 gowl f’148 logħba fil-kampjonat tan-nisa. F’dan l-istaġun hi skorjat tmien gowls, bl-aħħar wieħed jasal fir-rebħa ta’ 5-0 li Mġarr kellhom fuq Fgura f’Diċembru li għadda.

Mġarr huma r-rivelazzjoni ta’ dan l-istaġun. Huma bħalissa jinsabu fit-tieni post fil-klassifika u fl-aħħar logħba l-ġimgħa li għaddiet spiċċaw fi draw ta’ 0-0 kontra ċ-champions Birkirkara. B’hekk huma rnexxielhom iwaqqfu s-sensiela ta’ 11-il rebħa konsekuttiva tal-leaders tal-kampjonat.

Charles Azzopardi l-persuna Eżekuttiva tal-PR u Marketing fil-Bank of Valletta ppreżenta t-trofej tal-Plejer tax-Xahar lil Brenda Borg.