Lokali Parlament

Jeħtieġ iktar rwol għall-volontarjat fis-settur pubbliku

– Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech appella biex ikun hemm iktar rwol tal-volontarjat u l-għaqdiet volontarji fis-settur pubbliku, kif hemm f’pajjiżi żviluppati barranin.

Fil-parlament Claudio Grech qal li 90% tad-dħul tal-gvern ġejjin mit-taxxi u l-10% l-oħra ġejjin minn dħul ieħor. Id-90% se jlaħħqu madwar €4 biljuni, li jfisser €360 miljun iktar f’taxxi msis-ena l-oħra. Dan mhux dħul iġġenerat minn riżorsa naturali iżda mix-xogħol u mill-attività ekonomika. Hu tkellem dwar l-importanza ta’ dibattiti dwar policy. Mhux aċċettabbli l-Prim Ministru jgħid li l-pensjonijiet tal-pajjiż jiddependu mill-ħaddiema barranin.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza li min ikun fil-parti t’isfel tas-soċjetà biex javvanza ‘l fuq. Hu tkellem dwar l-importanza ta’ gvern iċken biex il-finanzjament ma jiġix mit-taxxi bil-finanzjament imur fuq tkattir tal-ġid ekonomiku. Importanti li jissaħħaħ ukoll il-volontarjat fil-pajjiż biex dan jaħdem f’setturi pubbliċi fil-pajjiż fl-inizjattivi ta’ public private partnership.