Lokali Qorti

Jinqabad jisraq biex ikollu x’jiekol hu u martu li hi tqila

Serb ta’ 33 sena li ġie arrestat waqt li kien qed jipprova jitlaq minn supermarket b’€267 b’oġġetti li ma kienx beħsiebu jħallas, se jiġi deportat.

Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, is-Serb ammetta li pprova jisraq mill-istabbiliment għaliex qal li ma kienx fadallu x’jiekol u ried jitma’ wkoll lit-tfajla tiegħu, li qed tistenna tarbija. Ħareġ ukoll li r-raġel tilef xogħlu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija stabbilew li r-raġel, residenti l-Mellieħa, ilu sentejn jgħix f’Malta minkejja li ma kellux permess jagħmel dan.

Minbarra ordni ta’ deportazzjoni, il-Qorti tatu wkoll sentenza ta’ xahar ħabs, sospiża għal sena. Ir-raġel irritorna l-oġġetti kollha li kien beħsiebu jisraq.