Lokali

Mara tweġġa’ meta l-karozza tagħha mxiet waħidha għal fuqha

Mara ta’ 32 sena residenti n-Nadur, Għawdex, weġġgħet meta l-vettura tagħha mxiet b’lura għal fuqha wara li nsiet ittella’ l-hand brake.

L-inċident seħħ iktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tad-9:00 fi Triq il-Kosta, in-Naxxar.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li meta l-mara ħarġet mill-vettura tagħha, din imxiet b’lura u laqtitha, bil-konsegwenza li sofriet ġrieħi gravi f’saqajha.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħa lill-mara lejn l-Isptar għall-kura. L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.