Lokali Parlament

Prijorità lis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

– Karl Gouder

Karl Gouder tkellem fil-parlament dwar id-diffikultajiet fis-settur soċjali tad-djar u l-propjetà u dwar l-importanza tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Hu semma’ r-responsabbiltajiet ta’ min iħaddem biex il-ħaddiema jkunu protetti u mħarrġa, l-ispezzjonijiet regolari u l-ħaddiema innfushom.

Hu appella beix isiru r-rapport fejn ikun hemm in-nuqqasijiet għaliex qed ikun hemm wisq inċidenti fuq il-post atx-xogħol u appella biex isiru r-riformi meħtieġa fit-Tribunal Industrijali biex ikun hemm ġustizzja ugwali għal kulħadd.

Karl Gouder tkellem dwar l-importanza li jkun hemm bilanċ bejn in-negozju u l-ambjent u semma’ l-proġett tal-Corinthia fejn qal li fiż-żona l-ambjent mhux qed ikun trattat tajjeb. Jeħtieġ li jkun hemm l-infurzar neċessarju quddiem din is-sitwazzjoni diffiċli, sostna Karl Gouder, li kompla li l-PN mhux kontra l-kostruzzjoni iżda jeħtieġ li jkun hemm osservanza tar-regoli.