Lokali

Ikompli joħroġ fid-deher il-falliment tal-gvern

Wara l-pazjenti fil-kurituri, u wara l-istudenti fil-kontejners, tfaċċat realtà oħra…issa għandna l-istudenti fil-kurituri.

F’dak li qed jidher dejjem aktar bħala falliment sħiħ u ċar tal-Gvern fil-qasam edukattiv – qasam daqstant kruċjali għall-pajjiż u tant importanti għall-familji Maltin, issa żvilupp ġdid u xejn pożittiv.

In-nuqqas ta’ ppjanar tal-Gvern fil-politika tiegħu li jżid il-popolazzjoni, u li qed tissarraf fi studenti fil-kontejners, issa qed tissarraf ukoll fi studenti jiehdu l-lezzjonijiet taghhom fil-kurituri.

Dan stqarru Graham Sansone, Kap Eżekuttiv tal- Union of Professional Educators, meta kien il-mistieden tal-programm Net Live ma’ Robert Cremona.

Hu spejga kif il-Union daħlulha rapporti minn xi għalliema li kellhom diffikultà ta’ spazju f’xis kejjel u li qed jispiċċaw jagħtu l-lezzjonijiet fil-kurituri tal-iskola. Kaz ricenti sehh fil-Kullegg San Injazju.

Sansone kkrtika ferm in-nuqqas ta’ konsultazzjoni tal-Ministru tal-Edukazzjoni fejn saħansitra baqa’ ma ltaqax ma’ din il-union tal-għalliema li issa ilha ż-żmien titlob li tiltaqa’ mal-Ministru.  Sa issa din it-talba baqgħet injorata.

Din il-kritika tasal wara li fl-aħħar ġimgħat ħarġu fatt wara l-ieħor li qed jagħtu ċ-ċertifikat ta’ falliment ta’ dan il-Gvern fl-Edukazzjoni ….u wara li l-MUT tkellmet dwar kollass fis-sistema u  wara li l-Ministru kkonċernat, meta ffaċċjat b’mistoqsijiet dwar is-sitwazzjoni kellu din ir-reazzjoni….