Futbol Sport

Imut Gordon Banks; rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-1966

Wieħed mill-idoli tat-tim Ingliż fl-1966, Gordon Banks, miet kmieni dalgħodu fl-eta’ ta’ 81 sena. L-aħbar ingħatat mill-klabb Ingliż ta’ Stoke City, li magħhom kien jilgħab l-istess Banks.

Gordon Banks kien il-gowler tat-tim glorjuż illi rebaħ l-uniku Tazza tad-Dinja għall-Ingliżi.

Hu miet kaġun tal-marda tal-kanċer, li kien ilu jikkumbatti snin twal.

Banks lagħab 73 darba għat-tim Ingliż. Fuq livell ta’ klabb, apparti ma’ Stoke, kellu karriera twila ma’ Leicester City.

Mument li żgur ħafna jiftakru hu s-save li għamel fuq xutt ta’ Pele fit-Tazza tad-Dinja tal-1970.