Lokali

“Inħobbkom it-tnejn, mhu se ninsikom qatt. Sa meta nerġgħu niltaqgħu”

“Inħobbkom it-tnejn, mhu se ninsikom qatt. Sa meta nerġgħu niltaqgħu. Insellimlek Zi! Int dejjem kont eroj ghalija. Inħobbok.”

Dan kien il-kliem tan-neputi Carmel Azzopardi ta’ 75 sena u Paula Crain Azzopardi ta’ 49 sena li kienu l-vittmi ta’ inċident f’Amarillo fl-Istati Uniti hekk kif iġarraf l-ajruplan tagħhom.

L-ajruplan tat-tip Cessna C421 li kienu fuqu ġġarraf f’Texas.

L-awtoritajiet Amerikani għadhom qed jinvestigaw x’wassal biex l-ajruplan li kienu fuqu l-koppja jiġġarraf. Intant il-Ministeru tal-Affarjiet Barranin jinsab f’kuntatt mal-awtorijatjiet biex ukoll jara x’wassal għal dan l-inċident.

Charlie Azzopardi emigra lejn l-Istati Uniti meta kien iżgħar, u sorsi tagħna qalulna li għandu tliet ulied jgħixu Malta.

Deskritt minn bosta bħala persuna li jħobb ħafna l-annimali u kif ukoll li kien iħobb ħafna jżur lil Malta. Dan infatti għamlu f’Novembru li għadda.

Mill-informazzjoni li għandna huwa kellu liċenzja kemm biex isuq ajruplani żgħar u kif ukoll liċenzja biex isuq il-ħelikopter.

It-tiġrif tal-ajruplan f’Amarillo fl-Istati Uniti.