Lokali

RITRATT: Raġel jitkaxkar mill-mewġ biex jabqad il-ħut mix-Xemxija

Raġel jista’ jgħoddha b’waħda wara li ‘avventura’ biex jiġbor il-ħut li ttella’ mill-mewġ fix-Xemxija spiċċa jitkaxkar fil-baħar. Fortunatament għalih, l-azzjoni f’waqtha ta’ sieħbu salvatu mill-mewt.

Fl-aħħar ħinijiet kienu diversi dawk li telqu lejn ix-Xemxija wara li ttellgħu filmati u ritratti tal-ħut fuq l-art. Min b’barmil u oħrajn b’xi basket, dehru  jiġbru l-ħut li kien hemm mifrux matul it-triq.

F’mument minnhom kien evitat ukoll inċident wara li sewwieq iddeċieda li jwaqqaf il-vettura tiegħu f’nofs ta’ triq u jiftaħ il-bieba biex jiġbor ħutha.

Dan apparti li xi sewwieqa spiċċaw iserrpu ‘wrong side’ biex jevitaw li jtajru lil uħud minn dawk li, fost l-eċitament biex jaqbdu l-ħut qabel jerġgħu jispiċċaw fil-baħar, spiċċaw jaqsmu bl-addoċċ.