Wara l-ħut tax-Xemxija … jaħarbu l-baqar f’Santa Luċija

Wara x-xeni mhux tas-soltu fix-Xemxija, fejn għadd kbir ta’ ħut tela’ fuq l-art mal-mewġ, f’Santa Luċija seħħ fenomenu naturali ieħor. Dan hekk kif sewwieqa li kienu għaddejjin minn waħda mit-toroq prinċipali fil-lokalità spiċċaw jippruvaw jevitaw numru ta’ baqar li ħarbu minn razzett fl-inħawi.