Rapport Ekonomiku Ewropew li ħareġ fl-aħħar sigħat jixgħel diversi bozoz ħomor għall-Gvern ta’ Muscat:
- l-għoli tal-ħajja se tkompli tiżdied
- il-pressjoni fuq l-infrastruttura ta’ pajjiżna qed tikber
- in-nefqa tal-Gvern splodiet
- qed jiżdied ir-riskju li jkompli jisplodi d-dejn
- hemm bżonn ta’ investiment fis-sostenibbilta’ ambjentali
- jeħtieġ pjan biex jiġu garantiti l-pensjonijiet
- l-early school leavers żdiedu
Dawn il-punti kollha joħorġu mill-Country Report 2019 li kull sena jitħejja mill-Kummissjoni Ewropea.
Dan ir-Rapport, li hu wieħed studjat fid-dettall, jagħti raġun lill-PN li ilu xhur sħaħ jitkellem dwar il-mod ħażin li bih il-Gvern qed imexxi s-settur ekonomiku, b’mudell li hu unikament ibbażat fuq iż-żieda fil-popolazzjoni. Fil-fatt, Adrian Delia minn dejjem insista li dan hu mudell żbaljat, u issa waslet ukoll il-konferma tal-Kummissjoni Ewropea.
Ir-Rapport jgħid li ż-żieda fil-popolazzjoni qed titfa pressjoni kbira fuq servizzi bażiċi bħalma huma s-servizzi tas-saħħa, l-edukazzjoni fl-iskejjel tagħna, kif ukoll is-suq tal-propjeta’ u l-housing. Anke hawn, il-Kummissjoni Ewropea tixgħel bozza ħamra.
Ir-Rapport isemmi speċifikament it-traffiku bħala problema enormi li qed taffettwa l-ekonomija.
Anke l-allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus huma msemmija f’dan ir-Rapport, fejn jingħad li l-Gvern missu ilu li daħħal standards riġidi. Jingħad b’mod ċar li ir-riskji qed jiżdiedu, u li l-Gvern għandu jħares ir-reputazzjoni tal-pajjiż.
Fejn jidħol is-suq tax-xogħol, ir-Rapport jgħid li qed jiżdied id-distakk fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel.
Intant, fl-ewwel reazzjoni tiegħu, il-Kelliem tal-PN għall-Finanzi Mario de Marco sostna li dan ir-rapport hu konferma ta’ dak li ilu jgħid il-PN, u konferma ukoll tal-falliment tal-Gvern fis-settur ekonomiku.
//= $special ?>