It-temp mill-isbaħ wassal biex jitgawda aktar il-Karnival li jilħaq il-qofol tiegħu f’dawn il-jumejn.
Kemm f’Malta, u anke f’Għawdex, mijiet ħonqu t-toroq tal-Belt, Ħal Għaxaq, tar-Rabat Għawdex, in-Nadur u lokalitajiet oħrajn biex igawdu dawn il-jiem ta’ briju, żfin u mużika.
Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival jibqgħu sejrin sa għada bil-lejl.
Illejla, fin-Nadur u Ħal Għaxaq ikompli l-Karnival spontanju.
Ritratti: Martin Agius u Ananac Photography
//= $special ?>